Internazzjonali

L-Italja: Tmiem traġiku għall-ħaddiema mas-servizzi tal-ferrovija barra Turin

Talanqas ħames persuni mietu fi traġedja barra l-belt ta’ Turin meta ferrovija baqgħet dieħla b’veloċità fuq grupp ta’ ħaddiema man-network tat-trasport.

Il-vittmi kienu qed jibdlu parti minn binarju li jservi r-rotta bejn Turin u Milan meta l-ferrovija – li kienet vojta mill-passiġġeiri – għaddiet mill-istazzjon ta’ Brandizzo sekondi qabel it-traġedja.

Is-Sindku ta’ Brandizzo Paolo Bodoni intant qal li kienet għaddejja investigazzjoni u li żewġ ħaddiema li salvaw mill-inċident b’miraklu kienu ttieħdu l-isptar għal osservazzjoni.

Is-sewwieq tal-ferrovija kien itrattat għall-effetti tax-xokk u mistenni li hu se jgħaddi minn investigazzjoni sħiħa relatata mat-traġedja.