Il-Malta Pool Association għadha kif organizzat l-ewwel Euro Ranking Tournament ta’ dan l-istaġun. Fil-finali tal-kategorija tal-irġiel, Miguel Falzon għeleb l-isfida ta’ Ryan Pisani bl-iskor ta’ 8-4.
Falzon kien f’ forma mill-aqwa fejn ma ħalla l-ebda opportunità lil Pisani biex jirkupra u jidħol fil-loghba.
Fil-kategorija taż-żgħażagħ ta’ Taħt it-18 -il sena, Jake Castaldi għeleb lil Denzel Falzon bl-iskor ta’ 7-3.
Permezz ta’ dawn ir-rebħiet Miguel Falzon u Jake Castaldi issa kisbu post fit-tim nazzjonali Malti li ser jirrapreżenta lil Malta fil-Kampjonati tal-Ewropa li għandhom isiru f’ Killarney, l-Irlanda, fi Frar tal-2024.
