Lokali

Protest ieħor fil-Qorti kontra Owen Bonnici wara l-ħatra ta’ Norma Saliba

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti ressaq protest ġudizzjarju kontra l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, li taħtu jaqa’ l-Kunsill, għax ippubblika l-Avviż Legali bl-isem “Ir-Regolamenti li Jwaqqfu ċ-Ċentru tal-Ilsien Malti” mingħajr ma kkonsultah kif titlob il-liġi. Lill-Kunsill ma għarrfuhx formalment b’dak li kien ħejja l-Ministru, fl-ebda ħin ma ppreżentawlu abbozz tal-Avviż Legali biex il-Kunsill ikun jista’ jagħti l-opinjonijiet u l-pariri tiegħu fuq dan l-Avviż.

Il-Ministru ma indenjax ruħu jlaqqa’ l-membri tal-Kunsill sabiex ikunu jistgħu jiddiskutu t-twaqqif taċ-Ċentru tal-Ilsien Malti. It-twaqqif taċĊentru ġie ppreżentat bħala fatt kompjut u impożizzjoni unilaterali tal-Ministru.

Kien biss wara l-ħruġ tal-Avviż Legali li l-membri tal-Kunsill saru jafu mirrapporti fil-media li l-Ministru ħabbar il-ħatra tas-Sinjura Norma Saliba bħala lewwel Kap Eżekuttiv taċ-Ċentru tal-Ilsien Malti li kien għadu kemm twaqqaf.

Din il-ħatra saret mingħajr ma ħarġet sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet, mingħajr proċess tal-għażla biex jiġu żgurati l-kwalifiki u l-idoneità tal-persuna magħżula u mingħajr konsultazzjoni mal-Kunsill tal-Malti kif teżiġi l-liġi. LillKunsill ma tawh l-ebda opportunità li jkun mgħarraf, jew li jiġi kkonsultat, dwar
min kien ser imexxi l-organu amministrattiv, organizzativ u operattiv tiegħu.

Dan l-aġir tal-Ministru sar bi ksur tal-Artiklu 24 tal-Liġi tal-Malti li jeżiġi li lMinistru ma jagħmel l-ebda regolament dwar xi funzjoni tal-Kunsill tal-Malti qabel ma tkun saret konsultazzjoni mal-Kunsill. Skont il-Kunsill, il-proċedura adottata mill-Ministru fil-ħruġ tal-Avviż Legali fuq iċ-Ċentru tal-Malti u l-ħatra ta’ Norma Saliba kienet vizzjata u irregolari għax tmur kontra l-liġi.

Għalhekk il-Kunsill qed jinsisti li l-Ministru jirtira l-Avviż Legali u l-ħatra marbuta miegħu.

Matul l-aħħar ġimgħat kien hemm kuntatti informali bejn il-Ministru u l-Kunsill, li fihom il-Kunsill ipprova jikkonvinċi l-Ministru dwar din l-irregolarità, imma lMinistru baqa’ jinsisti li mhux lest jirtira la l-Avviż Legali u lanqas il-ħatra msemmija.

Fil-protest il-Kunsill qed iwissi lill-Ministru li, jekk ma jreġġax lura l-illegalità li wettaq fi żmien għaxart ijiem mil-lum, il-Kunsill tal-Malti se jipproċedi kontrih fil-Qorti.

Il-protest hu ffirmat mill-Avukata Claire Bonello