Il-Ministru Britanniku ġdid responsabbli mid-Difiża hu Grant Shapps li qed jieħu r-riedni tal-Ministeru bħala s-suċċessur ta’ Ben Wallace – politiku popolari li qeda dan ir-rwol b’distinzjoni u li sa ftit xhur ilu kien qed jissemma bħala Segretarju-Ġenerali potenzjali tan-NATO.
Shapps, intant, wiegħed li se jkompli bl-appoġġ tar-Renju Unit lill-Ukrajna li qed tiddefendi s-sovranità tagħha kontra l-aggressjni tar-Russja waqt li tenna li qed iħossu onorat ħafna b’din ir-responsabbiltà ġdida.
Ben Wallace kien serva bħala Ministru tad-Difiża taħt tliet Prim Ministri u din il-kariga se tkun il-ħames waħda għal Shapps fil-Kabinett Britanniku f’anqas minn sena.
Dan wara li Shapps kien ingħata diversi dekasteri fosthom dawk għall-Enerġija u t-Trasport minbarra responsabbiltà bħala Ministru għall-Intern temporanju.
//= $special ?>