Żagħżugħ ta’ 23 sena residenti Ħal Luqa qed jissielet għal ħajtu wara li waqa’ madwar żewġ sulari minn fuq il-bejt tar-residenza tiegħu u spiċċa f’bitħa ta’ residenza oħra.
L-inċident seħħ il-Ħamis filgħodu għall-ħabta tas-6:15 fi Triq San Ġorġ Ħal Luqa.
Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti liż-żagħżugħ fejn ftit tal-ħin wara ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji u li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Il-Maġistrat tal-Għassa Kevan Azzopardi ġie nfurmata bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>