Lokali

AIDAN iniedi l-video tal-kanzunetta l-ġdida ‘Strawberry’

Il-kantant AIDAN nieda l-video mużikali tal-aħħar kanzunetta tiegħu ‘Strawberry’, is-6 kanzunetta mill-ewwel album tiegħu ‘This is Aidan’ li ħareġ aktar kmieni din is-sena. ‘Strawberry’ hija fuq kliem u mużika ta’ AIDAN flimkien mal-kompożitur internazzjonali Boban Apostolov. 

Bħalissa AIDAN jinsab fl-ewwel post tal-klassifika tar-radjijiet f’Malta u Għawdex bil-kanzunetta ‘Pupa’, il-kanzunetta tas-sajf 2023 wara li ilha tliet xhur sħaħ fil-quċċata. 

AIDAN qal li “Dan huwa wieħed mill-iżjed vidjows favoriti li qatt għamilt għax veru differenti mill-oħrajn. Ninsab eċitat li erġajt qed iniedi kanzunetta ġdida bl-Ingliż minn wara s-suċċess bil-kanzunetti bil-Malti fl-aħħar sentejn.”

Il-vidjow mużikali ta’ Strawberry ġie maħdum fuq produzzjoni ta’ Aidan Cassar u Joseph Cauchi, b’ direzzjoni ta’ Gary Bugeja, u filmati ta’ Gravity Studios, filwaqt li Malcolm Gauci kien l-istilista. 

Tags