Ryan Pisani rebaħ is-seba’ ranking tournament organizzat mill-Federazzjoni Maltija tal-Blackball sabiex wettaq rekord ta’ erba’ suċċessi f’dawn il-kompetizzjonijiet.
Filfatt hu kien diġa’ rebaħ ir-raba’, il-ħames u s-sitt ranking tournament sabiex baqa’ għaddej bis-serje pożittiva tiegħu f’dan l-isport.
Fil-finali, Pisani għeleb lil Leon Azzopardi 10-6. Dan tal-aħħar mar fil-vantaġġ fl-ewwel frame iżda Ryan Pisani wettaq reazzjoni biex idawwar l-iskor favur tiegħu.
Huwa baqa’ jżomm il-konsistenza fejn saħansitra fetaħ vantaġġ ta’ 9-3. Fi stadju tal-finali Leon Azzopardi kellu reazzjoni u rebaħ it-tliet frames ta’wara sabiex l-iskor sar 9-6 għalkemm fil-frame deċiżiv, kien Ryan Pisani li ssiġġilla r-rebħa u fl-istess waqt ir-raba’ suċċess tiegħu konsekuttiv.
//= $special ?>