Tkompla t-Tour ta’ Spanja tac-cikliżmu ‘ La Vuelta’ bis-sitt stadju fuq medda ta’ 179.4 kilometri minn La Vall D’Uixo’ sa Pico del Buitre.
Suċċess għall-Amerikan Sepp Kuss ta’ Jumbo Visma li għamel id-distanza f’4 sigħat, 27 minuta u 29 sekonda. Kuss daħal b’distakk vantaġġ ta’ 26 sekonda fuq Lanny Martinez ta’ Franza għal Groupama filwaqt li fit-tielet post daħal b’distakk ta’ 31 sekonda l-Franciż Romain Bardet ta’ Team DSM Firmenich.
Tibdil sostanzjali fil-klassifika ġenerali fejn fl-ewwel post tela’ Lennu Martinez ta’ Groupama b’ħin komplessiv ta’ 21 siegħa, 40 minuta u 35 sekonda. Martineż għandu vantaġġ ta’ tmien sekondi fuq Sepp Kuss ta’ Jumbo Visma rebbieħ tas-sitt stadju u l-Ispanjol Mark Soler ta’ UAE Team Emirates b’distakk ta’ 51 sekonda.
Is-seba’ stadju huwa fuq medda ta’ 201 kilometri minn Utiel sa Oliva.
//= $special ?>