Futbol Sport

Gareth Southgate jinkludi lil Henderson u Maguire fl-iskwadra Ingliża

(Ritratt: EPA)

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Ingliż Gareth Southgate sejjaħ skwadra ta’ 26 plejer għall-partita ta’ kwalifikazzjoni mill-EURO 2024 kontra l-Polonja u l-partita ta’ ħbiberija kontra l-Iskozja.

Fost l-inklużjonijiet Southgate sejjaħ lil Jordan Henderson, li fl-aħħar ġimgħat issieħeb lil El Ittifaq fl-Arabja Sawdija u lil Harry Maguire, li dan l-istaġun ftit li xejn sab spazju biex jilgħab ma’ Manchester United.

Il-kowċ Ingliż sejjaħ għall-ewwel darba mat-tim nazzjonali lill-attakkant ta’ Arsenal Eddie Nketiah, li huwa wkoll l-aktar plejer li skorja gowls għall-Ingliżi fil-livell ta’ Youths, wara l-bidu pożittiv li kellu ma’ Arsenal.

Raheem Sterling, li kellu bidu eċċelenti ma’ Chelsea fil-Premier League, tħalla barra mill-iskwadra.