West Ham għelbu lil Luton Town barra minn darhom bl-iskor ta’ 2-1 biex komplew il-bidu tajjeb tagħhom fil-Premier League. Il-hammers jinsabu fl-ewwel post fil-klassifika b’10 punti minn 4 logħbiet, b’logħba iktar mit-timijiet l-oħra.
Jarrod Bowen fetaħ l-iskor għal darb’oħra għat-tim tiegħu fis-37 minuta b’daqqa ta’ ras fir-rokna t’isfel tal-lemin mill-kross ta’ Lucas Paqueta.
West Ham damu sal-85 minuta sabiex irduppjaw l-iskor, b’din id-darba d-difensur Kurt Zouma jsib ix-xibka għall-ewwel gowl tiegħu fil-kampjonat b’daqqa ta’ ras oħra, din id-darba tasal mill-kross tal-akkwist il-ġdid James Ward Prowse.
Dan ir-riżultat ifisser li Luton Town għadhom ma’ ġabrux punt fl-ewwel 3 partiti tagħom, bidu xejn saboħ għall-klabb li ġie promoss mill-Championship l-istaġun li għadda.
Luton Town skorjaw gowl ta’ konsolazzjoni ftit minuti qabel l-aħħar tisfira permezz ta’ Mads Anderson
Għada Manchester City jaffrontaw lil Fulham fl-Etihad Stadium, fejn jekk is-Citizens jirbħu l-konfront tagħhom tkun l-ewwel darba li t-tim immexxi minn Pep Guardiola jirbaħ l-ewwel 4 logħbiet tiegħu fil-kampjonat.
Illum: Luton Town v West Ham U. 1-2
Għada: Sheffield United v Everton 1:30pm, Manchester City v Fulham 4:00pm, Chelsea v Nottingham Forest 4:00pm, Burnley v Tottenham 4:00pm, Brentford v Bournemouth 4:00pm, Brighton v Newcastle U. 6:30pm
Il-Ħadd:: Crystal Palace v Wolves 3:00pm, Liverpool v Aston Villa 3:00pm, Arsenal v Manchester United 5:30pm