Internazzjonali

Il-Ġermanja: Proċessat b’konnessjoni mar-reati Nażisti fl-età ta’ 98 sena

Il-prosekuturi fil-Ġermanja akkużaw lil anzjan ta’ 98 sena dwar kompliċità fl-omiċidji ta’ wħud minn fost xi 3,300 priġuniera miżmuma f’kamp tal-konċentrazzjoni Nażista matul it-Tieni Gwerra Dinjija.

L-imputat, li ma ssemmiex, kien għadu adolexxenti meta serva bħala gwardjan fil-kumpless ta’   Sachsenhausen bejn l- 1943 u l-1945  –  l-akkuża tgħid li hu kellu sehem ‘fit-trattament krudili u l-qtil tal-priġunieri’.

Il-Ġermanja ilha mill-2011 tipproċessa lill-eks Nażisti għall-kompliċità fir-reati kontra l-bniedem u mhux biss f’każi ta’ omiċidju u tortura li seħħew fil-kampijiet tal-mewt.

Madankollu, dawn il-proċessi jinvolvu anki ġlieda maż-żmien minħabba l-età tal-imputati li wħud laħqu mietu qabel setgħu jgħaddu ġuri.