Lokali

“Konfermat in-nuqqas ta’ pjanar ta’ Robert Abela u Miriam Dalli” – PN

Fi stqarrija maħruġha mill-Partit Nazzjonalista, Mark Anthony Sammut, il-Kelliem għall-Enerġija u l-Intrapriża qal li f’Lulju qalulna li qed jinqata’ d-dawl minħabba s-sħana. Ilbieraħ rajna li d-dawl anke bix-xita jinqata’ meta nofs Malta reġgħet esperjenzat qtugħ fid-dawl.

Issa llum l-Enemalta ħarġet stqarrija li qed jagħmlu iktar xogħol fuq in-netwerk ta’ distribuzzjoni tad-dawl.

Dan kollu huwa prova ta’ kemm il-qtugħ tad-dawl li qed nesperjenzaw huwa riżultat tan-nuqqas ta’ pjanar ta’ Robert Abela, Miriam Dalli u l-gvern tagħhom li fl-aħħar 10 snin ma għamilx l-investiment meħtieġ f’dan is-settur