Maltija li ġiet rikoverata b’urġenza fi sptar Sqalli se tiġi trasportata lejn Malta wara li kienet involuta f’inċident ikrah tat-traffiku.
L-Inċident seħħ il-Ħamis, fit-triq ta’ bejn Pozzallo u Modica.
Il-Maltija kienet parti minn grupp ta’ sitta illi kienu f’vann li baqa’ dieħel f’karozza. Fil-vann kien hemm tliet nisa u tliet irġiel, kollha Maltin.
Net News ikkonferma li l-Maltin kienu Sqallija għal vaganza, b’uħud minnhom isofru ksur. Għalkemm l-agħar li marret bl-impatt kienet il-mara li spiċċat l-isptar, wara li kellha ksur f’ġenbha.
Il-media Taljana qed tirrapporta li l-persuni li kienu fil-karozza wkoll weġġgħu, wieħed minnhom serjament.
Il-Pulizija għadha trid tistabbilixi d-dinamika tal-inċident, filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejin.
//= $special ?>