“It-tmexxija tal-isptar ta’ Monte Carmeli falliet milli tipprovdi miżuri ta’ sigurtà għall-infermieri li jieħdu ħsieb lil Abner Aquilina”.
Dan qalitu il-union tal-Infermieri u l-Qwiebel fi stqarrija hekk kif ordnat diversi direttivi għall-infermieri li jkunu qed jieħdu ħsieb lil Abner Aquilina – iz-zaghzugh li jinsab akkużat bil-qtil ta’ Paulina Dembska.
L-MUMN qed tgħid li s-sorveljanza ta’ Aquilina tirrikjedi li minn tal-inqas żewġ uffiċjali tal-Pulizija, jew żewġ uffiċjali tal-ħabs ikunu stazzjonati mal-pazjent, għal 24 siegħa kuljum.
L-MUMN stqarret ukoll li fl-interess tal-persuni li jinsabu Monte Carmeli, il-pazjenti kollha li qedgħin fis-sala ma’ Aquilina għandhom jitneħħew minnufiħ. Dan għaliex hu ta’ theddida għal-pazjenti vulnerabbli li jinsabu l-isptar.
L-istess union ordnat biex l-infermieri jitilqu mill-ward hekk kif Aquilina jiġi trasferit fis-sala tagħhom; inkluż is-seclusion ward. Filwaqt li ordnat lill-infermieri assenjati fil-Multi Purpose Unit, fejn qed jinżamm Abner Aquilina, sabiex ma jassistuhx fi ħruġ mill-kamra tiegħu fl-ebda ħin.
Intant, l-infermieri m’għandhomx jakkumpanjaw lill-Aquilina f’faċilitajiet oħra, inkluż il-Qorti jekk ma jkunx eskortat minn-żewġ uffiċjali tal-pulizija jew tal-ħabs. Il-union stqarret ukoll li mhux se taċċetta li l-uffiċjali tas-sigurtà tal-kuntrattur privat jew tal-Gvern, li mhux awtorizzati u lanqas għandhom taħriġ biex jieħdu ħsieb pazjenti vjolenti jaħdmu flok l-uffiċjali mħarrġin.
L-MUMN esprimiet id-diżappunt tagħha fil-Qorti, hekk kif ix-xhieda tal-Kap Eżekuttiv tal-isptar, it-tabiba Stephanie Xuereb ġiet injorata. It-tabiba kienet spjegat li l-isptar tas-saħħa mentali ta’ pajjiżna, m’għandux il-faċilitajiet biex iżomm persuni li jkunu riskju ta’ vjolenza serja.
Filwaqt li qalet ukoll li l-Qorti, naqset milli tagħraf li l-uniku post li għandu faċilitajiet addattati għal pazjenti vjolenti, huwa l-Forensic Unit.
Intant, id-direttivi tal-MUMN daħlu fis-seħħ immedjatament, u se jitwaqqfu meta l-miżuri tas-sigurtà meħtieġa, inkluż reallokazzjoni tal-pazjenti fil-ward ta’ Aquilina, jiġu fis-seħħ. Abner Aquilina jinsab mixli li stupra u qatel lil Paulina Dembska, fi Ġnien l-Indipendenza ta’ Tas-Sliema, fit-2 ta’ Jannar tas-sena li għaddiet.
//= $special ?>