Fir-raba’ ġurnata tal-Premier League tispikka l-partita bejn Arsenal u Manchester United, biż-żewġ timijiet ikollhom bidu tal-kampjonat mhux daqstant pożittiv.
Arsenal li kisbu 7 punti mill-ewwel tliet partiti, għadhom ġejjin minn draw diżappuntanti ta’ 2-2 f’darhom kontra Fulham, b’bosta jikkritikaw l-għażla tal-kowċ Mikel Arteta li jidher li għadu jrid jistabilixxi l-aqwa ħdax tiegħu għal dan l-istaġun.
Minn naħa l-oħra Manchester United għandhom sitt punti mill-ewwel tliet partiti, wara li fl-aħħar ħarġa tagħhom dawwru telfa f’rebħa f’darhom kontra Nottingham Forest.
Minkejja dan il-kowċ Erik Ten Hag, hu l’bogħod minn sodisfatt bil-prestazzjoni tat-tim tiegħu fl-ewwel partiti, b’wirjiet ferm bogħod minn sodisfaċenti fil-bidu tat-tieni staġun tiegħu mal-club.
Partita oħra interessanti se tkun dik bejn Brighton u Newcastle, żewġ timijiet li rajnihom fl-aħħar snin jelevaw il-livell tagħhom.
Brighton jistgħu ukoll ikomplu jissaħħu bl-akkiwst sorprendenti ta’ Ansu Fati mingħand Barcelona, b’self sa tmiem l-istaġun.
Il-Ġimgħa:
9pm – Luton Town vs West Ham United
Is-Sibt:
1:30pm – Sheffield United vs Everton
4pm – Manchester City vs Fulham
4pm – Chelsea vs Nottingham Forest
4pm – Burnley vs Tottenham
4pm – Brentford vs Bournemouth
6:30pm – Brighton vs Newcastle
Il-Ħadd:
3pm – Crystal Palace vs Wolves
3pm – Liverpool vs Aston Villa
5:30pm – Arsenal vs Manchester United
//= $special ?>