Raġel minn Birkirkara kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ntlaqat minn vettura f’Ħal Luqa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħdax tal-Ġimgħa filgħodu fi Vjal l-Avjazzjoni meta r-raġel ta’ 33 sena għal xi raġuni ntlaqat minn vettura misjuqa minn mara ta’ 49 sena mill-Imsida.
Fil post ġie imsejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi fejn ħa lill-Karkariż l-isptar u aktar tard ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta mal-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>