Fit-tielet ġurnata tas-Serie A tispikka l-partita bejn Roma u Milan fi Stadio Olimpico l-Ġimgħa filgħaxija.
Milan kellhom bidu mill-aqwa għal dan l-istaġun b’żewġ rebħiet minn żewġ partiti. Minn naħa l-oħra ma jistax jingħad l-istess fuq Roma, li ħadu punt wieħed biss miż-żewġ konfronti.
Minkejja dan, l-akkwist Romelu Lukaku fl-aħħar jiem għandu jservi ta’ motivazzjoni għat-tim filwaqt li bla dubju dan se jkun qed jgħin l-iskwadra mmexxija minn Jose Mourinho matul dan l-istaġun.
Intant, f’partita interessanti oħra s-Sibt, Napoli jaffrontaw lil Lazio, f’partita bejn żewġ timijiet li kellhom bidu tal-kampjonat kemxejn kuntrastanti.
Il-Ġimgħa:
6:30pm – Sassuolo vs Verona
8:45pm – Roma vs Milan
Is-Sibt:
6:30pm – Udinese vs Fiorentina
6:30pm – Bologna vs Cagliari
8:45pm – Napoli vs Lazio
8:45pm – Atalanta vs Monza
Il-Ħadd:
6:30pm – Torino vs Genoa
6:30pm – Inter vs Fiorentina
8:45pm – Empoli vs Juventus
8:45pm – Lecce vs Salernitana
//= $special ?>