Wara li l-Gvern ħeġġeġ lin-nies sabiex jibdew jitfgħu l-borża tal-iskart organiku fil-friża l-Ministri tal-Kabinett qed ifarfru kollox fuq Miriam Dalli. Filwaqt li qed jevitaw kompletament li jgħidu jekk jaqblux mal-iffriżar tal-iskart organiku.
Fl-aħħar jiem qamet rabja kbira dwar il-problema inkontrollabbli tal-iskart f’diversi lokalitajiet hekk kif qed tiddomina telqa kbira kif ukoll riħa ta’ intejjen.
Iżda quddiem din il-kriżi l-Gvern baqa’ ma offra ebda soluzzjoni. Filwaqt li ħeġġeġ lin-nies jiffriżaw l-iskart.
Madanakollu meta Net News saqsa lill-Ministru Silvio Schembri jekk jaqbilx mal-iffriżar tal-iskart, huwa kien pront farfar kollox fuq Miriam Dalli. Dan filwaqt li fl-ebda ħin ma qal jekk jaqbilx mal-iffriżar tal-iskart organiku minkejja li kien mistoqsi għal darba darbtejn.
Jidher biċ-ċar li l-Gvern ta’ Robert Abela m’għandu l-ebda idea ta’ kif se jibda jindirizza l-kriżi inkontrollabbli tal-iskart minkejja l-appelli ta’ bosta nies, kif ukoll Sindki, sabiex l-iskart jinġabar aktar frekwenti kif kien isir qabel.
//= $special ?>