Futbol Sport

UEFA Europa League: Liverpool u Roma favoriti li jirbħu l-gruppi rispettivi tagħhom

(Ritratt: EPA)

Il-Ġimgħa wara nofsinhar f’Monaco, saru magħrufa t-tmien Gruppi tal-UEFA Europa League li se tkun qed tibda nhar il-Ħamis 21 ta’ Settembru.

Ir-rebbieħa tal-Europa Conference League l-istaġun li għadda, West Ham United telgħu fi Grupp A ma’ Olympiacos, Freiburg u s-Serbi Bačka Topola filwaqt li Liverpool jinsabu fi Grupp E ma’ LASK, Toulouse u l-eks tim tal-internazzjonali Malti Teddy Teuma Union Saint-Gilloise.

Polza li fuq il-karta tidher waħda faċli hija dik ta’ Roma li telgħu fi Grupp G ma’ Slavia Prague tar-Repubblika Ċeka, ir-Russi Sheriff Tiraspol u Servette tal-Iżvizzera.

Il-Gruppi kollha huma dawn:

Grupp A: West Ham (Ingilterra), Olympiacos (Greċja), Freiburg (Ġermanja), TSC Bačka Topola (Serbja)
Grupp B: Ajax (Olanda), Marseille (Franza), Brighton (Ingilterra), AEK Athens (Greċja)
Grupp C: Rangers (Skozja), Real Betis (Spanja), Sparta Prague (R. Ċeka), Aris Limassol (Ċipru)
Grupp D: Atalanta (Italja), Sporting CP (Portugal), Sturm Graz (Awstrija), Raków Czestochowa (Polonja)
Grupp E: Liverpool (Ingilterra), LASK (Awsrija), Union SG (Belġju), Toulouse (Franza)
Grupp F: Villarreal (Spanja), Rennes (Franza), Maccabi Haifa (Israel), Panathinaikos (Greċja)
Grupp G: AS Roma (Italja), Slavia Prague (R. Ċeka), Sheriff Tiraspol (Russja), Servette (Żvizzera)
Grupp H: Leverkusen (Ġermanja), Qarabag (Ażerbajġan), Molde (Norveġja), Häcken (Żvezja)

Il-Ġimgħa wara nofsinhar ġew magħrufa ukoll il-gruppi tal-UEFA Europa Conference League, bl-ewwel partiti jintlagħbu ukoll il-Ħamis 21 ta’ Settembru.

Grupp D jidher li huwa meqjus bħala l-iktar grupp diffiċli sabiex wieħed javvanza minhu, b’timijiet bħal Club Brugge u Besiktas ikunu regolari fil-gruppi tal-UEFA Champions League kif ukoll Bodo/Glimt li fl-aħħar snin kkwalifikaw għall-kompetizzjonijiet Ewropej fuq diversi okkażjonijiet.

Grupp A: Lille (Franza), Slovan Bratislava (Slovakja), Olimpija Ljubljana (Slovenja), KI Klaksvik ( Gżejjer Faeroe)

Grupp B: Gent (Belġju), M.Tel Aviv (Iżrael), Zorya Luhansk (Ukrajna), Breidablik (Iżlanda)

Grupp C: Dinamo Zagreb (Kroazja), Viktoria Plzen (Ċeka Reppublika), Astana (Kazakhstan), Ballkani (Kosovo)

Grupp D: Club Brugee (Belġju), Bodo/Glimt (Norveġja) Besiktas (Turkija), Lugano (Żvizzera)

Grupp E: Az Alkmaar (Olanda), Aston Villa (Ingilterra), Legia (Polonja), Zrinjski (Bosnja u Ħerżegovina)

Grupp F: Ferencvaros (Ungerija), Fiorentina (Italja), Genk (Belġju), Cukaricki (Serbja)

Grupp G: Frankfurt (Ġermanja), PAOK (Greċja), HJK (Finlandja), Aberdeen (Skożja)

Grupp H: Fenerbahce (Turkija), Ludogorets (Bulgarija), Spartak Trnava (Slovakja), Nordsjoelland (Danimarka)