Toħroġ aktar fil-beraħ il-qasma fil-Labour, hekk kif issa anke l-kandidat Laburista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, Clint Flores, ħareġ jikkritika lill-Ministru Miriam Dalli u l-fatt li ħalliet lil pajjiżna f’nofs kriżi. Bi Flores juża din it-tattika sabiex jiskredita lill-kandidat favorit tagħha, Steve Ellul.
Permezz ta’ kitba fuq Facebook, Clint Flores qabel ma’ ħafna Sindki tal-PN illi qed jipproponu li l-boroż tal-iskart jinġabru iżjed regolari. Tant illi poġġa’ ritratt sabiex juri lil Miriam Dalli u lil Steve Ellul kif għandu jinġabar iż-żibel.
Clint Flores stqarr illi l-pajjiż għandu jżid il-mezzi u s-servizzi għall-ġbir tal-iskart, permezz ta’ trakk tal-iskart li jkollu żewġ kompartamenti separati – bil-ħsieb li l-borża s-sewda u l-borża l-bajda joħorġu kuljum, jew tiżdied il-frekwenza ħalli l-iskart jintefa’ direttament f’kompartamenti separati. U mhux fil-friża!
B’hekk, dejjem skont Flores, il-ġbir tal-iskart ikun iżjed effiċjenti. U tiġi indirizzata l-kriżi li Miriam Dalli ħallietha teskala bla ma ġiet indirizzata.
Huwa fatt magħruf li l-Ministru Miriam Dalli u l-Prim Ministru Robert Abela qegħdin jappoġġjaw lil Steve Ellul għall-elezzjoni tal-MEPs, tant li tawh il-pożizzjoni ta’ Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni ta’ Project Green, b’budget ta’ miljuni ta’ ewro biex suppost jiġu implimentati proġetti ambjentali.
Din il-mossa ma niżlet xejn tajjeb ma’ Clint Flores illi qed jikkompetilu għal siġġu fl-Ewropa. U issa, Flores mhu jiddejjaq xejn jattakka lill-Ministru li apertament qed tappoġja lil Steve Ellul.
//= $special ?>