Formula 1 Sport

Carlos Sainz jegħleb lil Max Verstappen u jikseb pole position f’Monza

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ Ferrari Carlos Sainz għeleb lil Max Verstappen b’distakk minimu ta’ 0.0013-il sekonda sabiex kiseb pole position għat-tellieqa t’għada f’Monza.

Fażi ta’ kwalifikazzjoni pożittiva għal Ferrari hekk kif is-sewwieq l-ieħor tat-tim Charles Leclerc temm fit-tielet post.

George Russell ta’ Mercedes għeleb lil Sergio Perez sabiex temm fir-raba’ post.

Fis-sitt post temm Alex Albon segwit minn Oscar Piastri ta’ Lando Norris.

Kwalifikazzjoni diżappuntanti għal Mercedes hekk kif Lewis Hamilton temm fit-tmien post, segwit minn Lando Norris ta’ McLaren.

Fernando Alonso ta’ Aston Martin kien l-aħħar sewwieq li temm mal-ewwel għaxra.