Raġel ta’ 50 sena residenti Birżebbuġa jinsab l-Isptar Mater Dei jissielet għal ħajtu wara li baqa’ dieħel f’ħajt bil-karozza.
L-inċident seħħ kmieni s-Sibt filgħodu għall-ħabta tat-3:15 fi Triq Tal-Barrani, iż-Żejtun.
Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li għal xi raġuni r-raġel tilef il-kontroll tal-karozza li kien qiegħed isuq bil-konsegwenza li baqa’ dieħel f’ħajt.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar permezz t’ambulanza.
Aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji u li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Gianella Camilleri Busuttil li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>