Sport Sport Ieħor

Gabriel Dobre maħtur interim kowċ tat-tim nazzjonali tal-Futsal

Il-kowċ Rumen Gabriel Dobre ġie maħtur interim kowċ tat-tim nazzjonali tal-Futsal.

Dobre huwa figura popolari fix-xena lokali tal-Futsal hekk kif kellu esperjenza sew bħala plejer kif ukoll bħala kowċ ma’ Balzan. Barra minn hekk Dobre ukoll irrapreżenta lil-pajjiżu f’livell professjonali f’diversi okkażjonijiet.

Il-kowċ ta’ 43 sena se jkun qiegħed jokkupa kariga doppja hekk kif se jibqa’ jmexxi ċ-champions ta’ Malta tal-Futsal Luxol St.Andrews.