Is-sewwieq Franċiż Geoffrey Soupe ta’ TotalEnergies ssorprenda lil kulħadd bir-rebħa tiegħu fis-seba’ stadju ta’ La Vuelta li spiċċat f’Oliva wara tiġrija ta’ 201km minn Utiel.
Soupe daħal għall-aħħar dawra fit-tieni post meta hemm irnexxielu jegħleb lil Aular fl-aħħar 300 metru tat-tellieqa sabiex temm fl-ewwel post.
It-tellieqa kellha titwaqqaf hekk kif kien fadal biss 6km wara ħabta li saret fejn irriżulta li s-sewwieq Thymen Arensem kellu jittieħed l-isptar.
Iktar kmieni fit-tiġrija Geraint Thomas ukoll kellu jieqaf minħabba inċident żgħir.
Lenny Martinez ta’ Groupma-FDJ żamm l-ewwel post fil-klassifika ġenerali, filwaqt li s-sewwieq fit-tieni post Sepp Kuss irkupra seww minn inċident sabiex baqa’’ fit-tiġrija.
Ir-rebħa ta’ Soupe f’din il-kompetizzjoni hija l-ikbar rebħa li kiseb is-sewwieq fil-karriera tiegħu s’issa.
//= $special ?>