Din il-ġimgħa pajjiżna esperjenza qtugħ tad-dawl din id-darba minħabba maltempata u għalhekk din hija prova oħra li hemm nuqqas ta’ ippjanar f’diversi oqsma fl-infrastruttura. Jekk il-Gvern ma jibdilx il-mudell ekonomiku u jibda jiffoka aktar fuq il-kwalità tal-ħajja, pajjiżna se jibqa’ jesperjenza kriżi wara l-oħra.
Dan intqal waqt konferenza tal-aħbarijiet organizzata mill-ADPD-The Green Party.
Ġie spjegat kif is-settur tal-enerġija għandu bżonn jingħata attenzjoni urġenti mhux biss minħabba l-emerġenza klimatika imma ukoll għal raġunijiet ta’ saħħa, kif ukoll dawk ekonomiċi. Intqal ukoll li wara l-kriżi li kellna fid-distribuzzjoni tal-elettriku ħadd ma refa’ responsabbiltà.
Il-fatti juru li s-sistema ma tlaħħaqx mad-domanda dejjem tikber għall-enerġija u s-sistema ta’ distribuzzjoni ma ġietx aġġornata għat-tkabbir tal-popolazzjoni inkluż l-impatt tat-turiżmu tul is-snin.
U għalhekk sar appell li jkun hawn mudell ekonomiku li jiggarantixxi l-kwalità tal-ħajja tan-nies u l-ġid komun, fejn il-limiti soċjali u ambjentali jiġu rispettati.
//= $special ?>