Ġie identifikat ir-raġel li tilef ħajtu l-Ħadd li għadda fl-inħawi ta’ Qui-Si-Sana, Tas-Sliema.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li r-raġel li sfortunatament tilef ħajtu kien Palestinjan ta’ 43 sena.
Ir-raġel tilef ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà fil-baħar iżda minkejja l-isforzi kollha fl-Isptar Mater Dei r-raġel ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
L-Inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>