Uffiċjal ta’ Transport Malta li għandu 44 sena weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident bejn żewġ karozzi u mutur fil-Bypass ta’ Birkirkara.
L-inċident seħħ kmieni s-Sibt filgħodu għall-ħabta tan-12:30.
Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Yaris Cross misjuqa minn raġel ta’ 52 sena residenti San Pawl il-Baħar, Skoda misjuqa minn raġel ta’ 41 sena residenti Tas-Sliema u mutur tal-Awtorità ta’ Transport Malta.
L-uffiċjal li kien qed isuq il-mutur, raġel ta’ 44 sena kien assistit minn tim mediku u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>