Raġel ta’ 43 sena minn Ħal Qormi ntbagħat 30 xhar ħabs wara li ammetta li seraq fwieħa minn ħanut f’Ħal Qormi, filwaqt li prova jisraq minn ħanut tal-ikel.
Darren Brincat ġie mixli li fis-6 ta’ Awwissu li għadda, kmieni filgħodu, prova jisraq minn ħanut tal-ikel f’Ħal Qormi. Hu ġie mixli wkoll li żamm persuna kontra r-rieda tagħha u li heddidha bil-ġebel, iżda ma weġġagħhiex.
Apparti dan, Brincat kien mixli ukoll li seraq fwieħa minn ħanut f’Ħal Qormi u li hu riċediv.
Ipperseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella, fis-sentenza tagħha l-Qorti qieset l-ammissjoni tar-raġel u l-fedina penali tiegħu. Dan filwaqt li qieset ukoll li Brincat ikkopera mal-Pulizija u li ammetta għemilu kmieni fil-każ u li għandu l-problema tad-droga.
Il-Maġistrat ordnatlu 30 xahar ħabs, filwaqt li tat ordni ta’ trattament għal ħames snin biex jindirizza l-problema tad-droga.
//= $special ?>