Futbol Sport

Tasal l-ewwel rebħa tal-istaġun għal Lazio

(Ritratt: EPA)

Napoli v Lazio 1-2

Lazio kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun b’rebħa minima ta’ 2-1 kontra Napolo fil-Diego Armando Maradona.

Lazio fetħu l-iskor wara nofsija logħob permezz ta’ Luis Alberto mill-pass tal-attakkant laterali Anderson.

Żewġ minuti wara Napoli kisbu d-draw bis-saħħa taL-konklużjoni tal-midfielder Piotr Zielinski li għeleb lil Provedel minn barra l-kaxxa ‘l kbira.

Fit-52 minuta Daichi Kamada skorja l-gowl tar-rebħa għal Lazio minn kontrattakk veloċi tal-istess Felipe Anderson li lagħab f’saqajn Luis Alberto bil-plejer Spanjol jagħti l-aħħar pass f’saqajn il-plejer Ġappuniż.

Atalanta v Monza 3-0

Atalanta rritornaw għal forma b’rebħa komda fuq Monza bl-iskor finali jkun 3-0.

Atalanta sabu x-xibka għall-ewwel darba fil-partita wara 35 minuta logħob meta Ederson xeħet fix-xibka minn attakk maħdum tajjeb minn nofs u bl-aħħar pass jasal tal-akkwist il-ġdid De Ketelaere.

Atalanta rduppjaw l-iskor ftit minuti wara hekk kif Gianluca Scamacca sab ix-xibka għall-ewwel gowl tiegħu mal-klabb permezz ta’ daqqa ta’ ras klassika tal-attakkant mill-kross mix-xellug ta’ Ruggieri.

Gianluca Scamacca skorja t-tieni gowl personali tiegħu u ssiġilla r-rebħa għal Atalanta fit-62 minuta din id-darba b’konklużjoni potenti bix-xellug mis-suġġeriment ta’ Koopmeiners.

Cagliari v Bologna 1-2

Bologna kisbu l-ewwel rebħa tagħhom kontra Cagliari bl-iskor finali jkun 2-1.

Zito Luvumbo fetaħ l-iskor għal Cagliari wara 22 minuta logħob b’konklużjoni bix-xellug mis-suġġeriment ta’ Wietska.

Fit-tieni taqsima Bologna harġu fuq l-attakk sabiex kisbu d-draq fil-59 minuta permezz ta’ Joshua Zirzkee li xeħet ġewwa b’konklużjoni sempliċi mill-pass ta’ Kristiansen.

Giovanni Fabbian kien l-eroj ta’ Bologna meta skurja l-gowl tar-rebħa fl-aħħar mumenti  tal-partita.

Udinese v Frosinone 0-0

Il-konfront bejn Udinese u Frosinone fl-Udinese Area temm f’parità ta’ bla gowls

RIŻULTATI U LOGĦOB LI JMISS:

Il-Ġimgħa: Sassuolo v Verona 3-1, Roma v Milan 1-2
Illum: Udinese v Frosinone 0-0, Bologna v Cagliari 2-1, Napoli v Lazio 1-2, Atalanta v Monza 3-0
Għada: Torino v Genoa 6:30pm, Inter v Fiorentina 6:30pm, Empoli v Juventus 8:45pm, Lecce v Salernitana 8:45pm