Serata memorabbli għal pajjiżna, hekk kif il-Ġimgħa filgħaxija l-Fosos tal-Floriana ospitaw lis-surmast u vjolinist ta’ fama internazzjonali André Rieu …illi wassal festa ta’ mużika u wirja spettakolari.
André Rieu, magħruf bħala r-Re tal-Waltz twieled fl-1949 u kiseb fama internazzjonali bħala vjolista u surmast tal-Johann Strauss Orchestra li ġiet imwaqqfa minnu stess fl-Olanda fl-1987.
Quddiem folla ta’ madwar 14,000 persuna, kif kien mistenni Rieu flimkien mal-orkestra spettaklu mill-isbaħ, fejn ma naqsux l-interpretazzjonijiet ta’ silitiet mużikali poplari ferm fosthom I will follow him, Blue Danube, Happy Days u Can’t help falling in love.
Il-Johann Strauss Orchestra hija magħmula minn madwar 55 mużiċisti ġejjin minn 16-il pajjiż differenti fosthom minn Franza, il-Ġermanja u anke l-Amerika. U magħhom, fis-serata tal-Ġimgħa ingħaqdu wkoll il-kor The Gospel.
Spikka fost l-oħrajn il-leħen tal-kantanta ta’ 15-il sena Emma Kok, li bil-vuċi tagħha saħret lil dawk kollha preżenti bl-interpretazzjoni tal-kanzunetta ‘Voila’. Rieu spjega kif Emma għandha kunidizzjoni rari fl-istonku iżda minkejja dan, xejna ma jaqtgħalha qalbha.
Matul is-serata, Andre Rieu għdda messaġġ favur il-paċi fejn ħeġġeġ lil kulħadd sabiex jaħdem biex tirrenja l-paċi madwar id-dinja kollha ħalli lit-tfal tagħna nagħtuhom futur aħjar.
Apparti minn hekk spikkka wkpll is-seham ta’ membri minn erba’ għaqdiet tal-Iscounts ta’ Malta li taw wirja mill-isbaħ bid-daqq tal-backpipes.
Il-qofol tal-kunċert intħalaq lejn l-aħħar fejn Rieu interpreta s-silta mużikali popolari ferm mal-Maltin ‘Xemx’.
//= $special ?>