Il-bieraħ filgħaxija, l-ajruplan tal-Air Malta li telaq minn Geneva fi triqtu Malta (KM483) kellu jagħmel inżul ta’ emerġenza lura fl-ajruport ta’ Geneva wara problemi tekniċi li esperjenza fl-ajru.
Stqarrija tal-Air Malta tikkonferma dan wara li l-ajruplan kien tela’ fl-ajru ftit tal-ħin biss qabel. Jidher li l-ajruplan tela’ u niżel fl-ajruport ta’ Geneva darbtejn hekk kif il-ħsarat li kellu l-ajruplan ma ġewx solvuti mal-ewwel darba.
Net News hu mgħarraf li abbord l-ajruplan kien hemm numru ta’ Maltin ġejjin lura iżda dawn kellhom iqattgħu l-lejl f’lukanda f’Geneva stess li ġiet provduta lilhom.
Il-passiġġieri u membri tal-ekwipaġġ niżlu kollha mill-ajruplan qawwijin u sħaħ.
//= $special ?>