Il-LESA ilha sena li ordnat investigazzjoni interna dwar każ serju ta’ allegat fastidju sesswali fuq uffiċjal mara; iżda l-Ministru tal-Intern Byron Camilleri żamm kollox mistur.
Dan intqal mill-Professur Arnold Cassola illi qed jitlob li l-Pulizija tinvestiga dan il-każ ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol. Aktar u aktar minħabba l-fatt li skont hu, Byron Camilleri qed iżomm l-Inkjesta Interna moħbija.
L-allegazzjoni timplika żewġ uffiċjali tal-LESA – wieħed Spettur u l-ieħor Enforcement Officer. U skont l-informazzjoni li waslet għand il-Professur Cassola, iż-żewġ uffiċjali provaw ikollhom x’jaqsmu mal-kollega tagħhom, iżda din irreżistiet.
Sa issa għadu mhux ċar jekk il-Kummissrju tal-Pulizija Angelo Gafa ordnax investigazzjoni.
//= $special ?>