Celtic għelbu lir-rivali Rangers bl-iskor ta’ 1-0 fl-ewwel Old Firm derby tal-istaġun. Din il-partita immarkat ukoll ir-ritorn ta’ Brendan Rodgers fi Glasgow fejn irnexxielu jerġa’ jirbaħ din id-derby, għal darb’oħra fil-karriera tiegħu. Il-gowl deċisiv wasal permezz ta’ Kyogo Furuhashi wara li kkapitalizza minn żball difensiv, qabel tmiem l-ewwel taqsima. Dan kien is-sitt gowl tiegħu fl-aħħar ħames ħarġiet tiegħu f’din id-derby. Il-gowl deċisiv wasal ukoll wara li fl-ewwel minuta tal-partita Rangers kellhom gowl ta’ Kemar Roofe imħassar mill-VAR. Din ir-rebħa kienet importanti għal Rodgers hekk kif għadu jrid jirbaħ sezzjoni sostanzjali mill-partitarji ta’ Celtic, li jidher li għadhom ma nesewx lil Rodgers talli ħalla lill-club fl-2019.
//= $special ?>Celtic jirbħu l-ewwel derby tal-istaġun
