Lokali

Għexieren ta’ Maltin ilhom maqbuda f’Geneva għal iktar minn 24 siegħa; ma jafux x’se jiġri minnhom

Ritratt: Matthew Tabone

Numru ta’ Maltin jinsabu frustrati hekk kif ilhom maqbuda f’Geneva għal ikta rminn 24 siegħa u m’għandhomx idea x’se jkun qed jiġri minnhom.

Dan wara li iktar kmieni llum ħarġet l-aħbar li ajruplan tal-Air Malta li telaq minn Geneva fi triqtu Malta (KM483) is-Sibt fis-6:45 pm kellu jagħmel żewġ inżul ta’ emerġenza lura fl-ajruport ta’ Geneva wara problemi tekniċi li esperjenza fl-ajru.

Huma kellhom jaslu lura Malta għall-ħabta tad-8:50 tal-bieraħ filgħaxija iżda minħabba din il-problema, huma għadhom maqbudin f’Geneva.

Persuni li tkelmu ma’ Net News qalu magħna li l-unika żewġ għażlin li ngħataw 24 siegħa wara kienu li jekk l-ajruplan li kienu fuqu jittranġa, dawn possibilment se jkunu qed jiġu Malta matul il-jum t’għada. Għalkemm din mhix konfermata hekk kif jidher li l-ajruplan għandu problemi serji tant li ngħataw għażla oħra li possibilment se jkollhom jistennew sat-Tlieta filgħodu biex jirkbu mat-titjira li jmiss.

Dan kollu hu bbażat biss fuq “possibilment” hekk kif l-ebda konferma jew informazzjoni konkreta għadha ma waslet għand il-passiġġieri.

Il-Maltin jinsabu rilokati f’lukandi madwar l-ajruport ta’ Geneva bla ebda komunikazzjoni mill-Air Malta. Dan filwaqt li passiġġier ieħor qalilna kif illum, għall-ħabta ta’ nofsinhar, il-passiġġieri kollha rilokati f’lukanda partikolari ntalbu jiġbru ħwejjiġhom fejn ittieħdu lura l-ajruport ta’ Geneva sempliċiment biex jibgħatuhom f’lukanda oħra. Dan waqt li kellhom itellgħu u jniżżlu l-bagalji minn fuq l-ajruplan darbtejn u spiċċaw iġorru l-bagalji minn post għall-ieħor.

Aktar kmieni llum: