Minħabba li fil-jiem li ġejjin qed ikun imbassar maltemp qalil fuq il-gżejjer Maltin, l-Għaqda Mużikali Marija Bambina Banda Vittorja, fin-Naxxar ħabbret li l-ispettaklu tan-nar tal-art mekkanizzat li kien pjanat għall-aħħar jum tat-Tridu se jkun antiċipat.
Dan ifisser li minflok se jsir fis-6 ta’ Settembru, minflok se jinħaraq nhar l-ewwel jum tat-Tridu, jiġifieri fl-4 ta’ Settembru.
Fl-4 ta’ Settembru se jinħaraq ukoll ix-xow kbir tan-nar u dawl sinkronizzat mal-mużika mtella’ mill-Kummissjoni Żgħażagħ hekk kif kien pjanat oriġinarjament.
Se jkun hemm ukoll tibdil fil-marċ li tesegwixxi l-Banda Vittorja fl-istess jum. Dan se jibda nofs siegħa qabel il-ħin skedat, jiġifieri fis-7:30 pm sabiex il-banda tasal fil-pjazza għall-ħabta tal-10 pm, bir-rotta mhix se tkun affettwata minn dan kollu.
