Illum, għall-ħabta ta’ nofsinhar, Amerikana ta’ 50 sena sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qiegħda tgħum fil-Bajja ta’ Blue Lagoon, f’Kemmuna. Il-vittma qed tissielet għal ħajjitha fl-Isptar t’Għawdex.
Membri mill-Emergency Response and Rescue Corps tellgħu l-mara fuq l-art u tawha l-ewwel għajnuna sakemm wasal tim mediku fil-post. Il-vittma ttieħdet l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura fejn ġiet iċċertifikata li tinsab f’kundizzjoni serja.
Il-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech ġiet infurmat bil-każ u ħatret inkjesta.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>