Is-sewwieq ta’ RedBull u c-champion dinji Max Verstappen rebaħ il-Grand Prix f’Monza biex b’hekk kiser ir-rekord fejn rebaħ għaxar Grand Prix konsekuttivi. L-Olandiż kien wara Carlos Sainz ta’ Ferrari għal 14-il dawra iżda rnexxielu jaqbżu wara li kkapitalizza fuq żball tal-Ispanjol. Fit-tieni post temm sieħeb Verstappen, Sergio Perez ta’ RedBull segwit minn Sainz fit-tielet post. Charles Lecler temm fir-raba’ post segwit mill-koppja ta’ Mercedes George Russell u Lewis Hamilton, fil-ħames u s-sitt post rispettivament. Fis-seba’ post daħal Alex Albon segwit minn Lando Norris ta’ McLaren. Fernando Alonso u Valtteri Bottas temmew fid-disa’ u l-għaxar post rispettivament.
Fil-ħdax-il post temm Lawson segwit minn Oscar Piastri u Sargeant rispettivament. Zhou u Pierre Gasly temmew fl-erbatax u l-ħmistax-il post, segwiti minn Lance Stroll u Nico Hulkenberg fis-sittax u s-sbatax-il post. Kevin Magnus temm fit-tmientax-il post filwaqt li Esteban Ocon u Yuko Tsunoda ma temmewx il-Grand Prix. Il-Grand Prix li jmiss se ssir fil-Marina Bay Street Circuit f’Singapore.
//= $special ?>