Inter komplew bil-bidu pożittiv tagħhom fis-Serie A b’rebħa komda ta’ 4-0 fuq Fiorentina biex għamluhom tliet rebħiet minn tliet partiti. Huma fetħu l-iskor fit-23 minuta meta minn cross mix-xellug kien Marcus Thuram li b’daqqa tar-ras b’saħħitha għeleb lil goalkeeper Oliver Christensen għal 1-0. Fit-53 minuta Inter jirduppjaw meta Marcus Thuram żmarka lil Lautaro Martinez li waħdu mal-goalkeeper xeħet fix-xibka għal 2-0. Tliet minuti wara, Christensen waqqa’ lil Thuram fil-kaxxa bir-referee jordna penalty. Mill-ħdax-il metru Hakan Calhangolu ma żbaljax għal 3-0. Biex fit-73 minuta reġa’ kien Lautaro Martinez li b’konklużjoni preċiża għeleb lil Christensen għal skor finali ta’ 4-0.
F’partita oħra Torino kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq Genoa. Il-gowl wasal fl-aħħar minuti tal-partita meta Ivan Ilic żmarka lil Namanja Radonjic li kkonkluda fix-xibka għal 1-0.
Juventus kisbu rebħa ta’ 2-0 barra minn darhom għand Empoli. Huma fetħu l-iskor fl-24 minuta b’gowl ta’ Danilo, qabel Dusan Vlahovic falla penalty fl-40 minuta. Biex fit-82 minuta kien Federico Chiesa li aċċerta mir-rebħa għal Juventus.
SERIE A
Il-Ġimgħa: Sassuolo v Verona 3-1, Roma v Milan 1-2
Is-SIbt: Udinese v Frosinone 0-0, Bologna v Cagliari 2-1, Napoli v Lazio 1-2, Atalanta v Monza 3-0
Il-Ħadd: Torino v Genoa 1-0, Inter v Fiorentina 4-0, Empoli v Juventus 0-2, Lecce v Salernitana 2-0