Tmien mudelli Maltin mill-kumpanija tal-immudellar Vipaj Academy immexxija minn Janice Busuttil kellhom diversi suċċessi f’diversi kategoriji waqt konkors tal-moda li sar f’Lloret del Mar, Barċellona. Huma ħadu sehem fost madwar 300 mudell u mudella minn madwar id-dinja organizzat mill-Patron Taljan, Rosario Stagno.
Kien hemm preżenti wkoll mudelli tad-Dolce Gabbana u Armani jimxu ma’ diversi stilisti ta’ fama f’dan il-konkors Internazzjonali msejjaħ The Best Model of the Universe 2023.
Barra t-titli li rebħu kien hemm fosthom li ntagħżlu bħala ambaxxaturi għal brands internazzjonali tal-ħwejjeġ. Bil-Maltija Miriana Tonna tintagħżel mit-Taljan Pepe Kosca u mill-Belġjana Van Elste filwaqt li Mariah Muscat intagħżlet biex tirrapreżenta lill-istilista Ukrena, Vlada Vizik.
Kenzie Frendo ta’ 7 snin spiċċat fit-top 3 minn 24 mudelli u fit-tielet post bħala Best Evening Wear.
Samaya Minichino ta’ 12-il sena spiċċat 1st runner up f’Best oMdel of Universe Kids minn 26 mudella.
Kendra Carabott rebħet it-titlu ta’ Best Glamour fit-teen category filwaqt li Kayleigh Attard spiċċat fil-ħames post fil-kategorija ta’ Best Glamour. Nikole Buhagiar ġiet 3rd runner up f’Best Catwalk u 1st runner up f’Best Elegance. U dawn minn 39 mudella fil-Best Model of Universe Teens.
Xander Muscat spiċċa fit-top 3 (2nd runner up) għal Mr Best Model of Universe minn 27 mudell. Din kienet l-ewwel dehra tiegħu fix-xena internazzjonali.
Miriana Tonna rebħet it-titlu bħala l-aqwa catwalk tas-serata minn 47 mudella u Miss VW Best Model of Universe li jwassalha biex timxi għal Milan Fashion Week u għal Istanbul Fashion week. Mariah Muscat spiċċat 2nd runner up għal Best Photo Model f’Best Model of Universe.
//= $special ?>