Għal min għandu għal qalbu l-vetturi Amerikani, il-Ħadd filgħodu seta’ jirħiela l-Qawra u sabiex igawdi wirja ta’ karozzi klassiċi u moderni kif ukoll muturi Amerikani .. bil-għan illi d-donazzjonijet li jinġabru minn din l-attività jmorru b’risq il-proġett ‘Blossom’ – imtella’ mil-Lions Club Imdina – Malta Host.
Blossom hu proġett ta’ The Malta Trust Foundation li permezz tiegħu nipprovdu servizzi ta’ counselling lit-tfal fl-iskejjel.
Net News tkellem ma’ Alexandra Genovese, il-President ta’ Lions Club Imdina – Malta Host u life coach therapist fejn spjegatilna kif dan il-proġett mistenni jgħin tfal bi problemi ta’ saħħa mentali – bl-għan li jagħmel differenza u ddakkar kultura ta’ kuxjenza fil-poplu Malti.
Dan l-istazzjon tkellem ukoll ma’ Caroline Bezzina – id-direttur ta’ din l-attivita’, fejn insistiet kemm huwa importanti li l-pubbliku jattendi għal attivitajiet bħal dawn u jikkontribwixxi għal kawża ġusta.
L-għaqdiet American Auto Club u La Valetta Malta – Etna Chapter Italy, kkontribwixxew għal din l-attività sabiex jitwassal il-messaġġ t’għarfien dwar kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali li jistgħu jmissu lil kulħadd, u fl-istess ħin wieħed seta’ jgawdi esebizzjoni statika ta’ vetturi Amerikani li għal ħafna huma meqjusin bħala ikoni tal-kultura, stil u innovazzjoni, mhux sempliċi trasport.
Għal aktar informazzjoni dwar il-proġett Blossom, tista tagħfas hawn.
//= $special ?>