Sport Sport Ieħor

Ċikliżmu: Lennard Kamna jirbaħ id-disa’ stadju ta’ La Vuelta

(Ritratt: EPA)

Id-disa’ stadju tat-Tour ta’ Spanja ‘La Vuelta’ kien fuq disatanza ta’ 184.5 kilometri minn Cartagena sa Collado de La Cruz de Caravaca.

Suċċess għal Lennard Kamna tal-Ġermanja għal Bora Hansgrohe li għamel ir-rotta f’4 sigħat, 34 minuta u tlett sekondi b’vantaġġ ta’ tletin sekonda fuq it-Taljan Matteo Sobrero ta’ Team Jayco Alula filwaqt li fit-tielet post daħal l-Awstraljan Chris Hamilton ta’ Team DSM Firmerich b’distakk ta’ minuta u 12-il sekonda.

Fil-klassifika ġenerali b’total ta’ 36 siegħa, 23 minuta u 30 sekonda fl-ewwel post, Sepp Kuss tal-Istati Uniti għal Jumbo Visma. Fit-tieni post b’distakk ta’ 43 sekonda l-Ispanjol Marc Soler ta’ UAE Team Emirates filwaqt li fit-tielet post il-Franciż Lenny Martinez ta’ Groupama b’distakk ta’ minuta u żewġ sekondi.