Lokali

Ħadd ma weġġa’ waqt serqa minn ħanut f’Tal-Pietà

Ħadd ma weġġa’ waqt serqa li seħħet dalgħodu għall-ħabta tal-għaxra u kwart minn ħanut fi Triq San Luqa, Tal-Pietà.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija rriżulta li raġel mgħammad, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier, żagħżugħ ta’ 21 sena residenti l-Floriana.  Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti u oġġetti oħra.

 Il-Pulizija għaddejja b’investigazzjoni u tfittxija għall-ħalliel, filwaqt li l-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit ħatret inkjesta.