Formula 1 Sport

“Ir-rekord ta’ Verstappen huwa rrelevanti” – Toto Wolff

(Ritratt: EPA)

It-Team Principal ta’ Mercedes Toto Wolff stqarr f’intervista li“Ir-rekord ta’ 10 rebħiet konsekuttivi ta’ Verstappen huwa kompletament irrelevanti”.

Ir-rebħa ta’ Verstappen f’Monza l-Ħadd li għadda jfisser li s-sewwieq Olandiż qabez ir-rekord ta’ Sebestian Vettel ta’ l-iktar rebħiet konsekuttivi. L-ex sewwieq ta’ Red Bull żamm ir-rekord ta’ 9 rebħiet konsekuttivi għal għaxar snin sħaħ.

Wolff kompla jgħid “Personalment dawn ir-rekords huma rrelevanti, kienu rrelevanti anka fiż-żmien meta Mercedes konna niddominaw.

Wolff ikkonkulda billi jgħid li jemmen li Verstappen huwa sewwieq tajjeb ħafna, pero ukoll ġibed l-attenzjoni fuq kemm hi superjura l-karozza u l-mekaniżmu li għandhom it-tim ta’ Red Bull.