F’Novembru li ġej is-selezzjoni Maltija tal-Veterani se tilgħab partita ta’ ħbiberija kontra partitarji Ingliżi.
Dan tħabbar mill-Veterans Malta Football Association wara li t-tim immexxi minn Joe Micallef se jkun qed jilgħab it-tieni partita tiegħu kontra dan it-tim, hekk kif li f’Ġunju li għadda fil-Luxol Stadium s-selezzjoni Maltija rebħet bl-iskor ta’ 3-0.
Micallef għażel skwadra ta’ 18-il plejer li jinkludu fost l-oħrajn lill-ex plejers internazzjonali Michael Mifsud, Andrew Cohen, Mario Muscat u Gareth Sciberras.
L-iskwadra magħżula minn Micallef hi din:
Goalkeepers: Mario Muscat, Sean Sullivan
Difensuri: Brian Said, Jonathan Pearson, Stephen Wellman, Alex Muscat, Eric Saliba, Gareth Magri.
Midfielders: Jeffrey Chetcuti, David Camilleri, Gareth Sciberras, Jamie Pace, Trevor Cilia, Dino Cachia.
Attakkanti: Michael Mifsud, Andrew Cohen, Michael Galea, Adam Smeir.
Il-logħba se tintlagħab nhar il-Ħamis 16 ta’ Novembru li ġej fil-grawnd ta’ Amersham Town FC.
//= $special ?>