L-awtoritajiet Żvediżi qed iżommu tliet irġiel taħt arrest b’konnesjoni ma’ irvell vjolenti fil-belt ta’ Malmo. L-inkwiet żbroffa wara li attivista Iraqi anti-Iżlamiku bl-isem Salwan Momika kien ta n-nar lil kopja tal-Koran – il-ktieb qaddis għall-Musulmani – f’azzjoni pubblika oħra li qanqlet l-għadab anki fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani.
Intant, il-pulizija, matul il-lejl tal-Ħadd, arrestat numru ta’ persuni għall-ksur tal-bwon ordni wara li xi gruppi taw in-nar lill-karozzi fl-inħawi ċentrali ta’ Malmo.
Dan waqt li mijiet tan-nies iinġabru fi pjazza ewlenija tal-belt biex jirreaġġixxu għall-ħruq tal-Koran u fejn kellhom diversi konfronti vjolenti mal-pulizija li kellhom jiddefendu ruħhom taħt xita ta’ ġebel.
Il-karozzi tal-pulizija f’Rosengard, neighbourhood ta’ Malmo, ukoll ingħataw in-nar meta f’dik iz-zona qed tgħix popolazzjoni kbira ta’ immigranti li kienu anki l-kaġun ta’ protesti vjolenti oħrajn fil-passat.
//= $special ?>