Il-Kumitat Olimpiku Malti ħabbar li Team Malta se jkun rappreżentat fil-Mediterranean Beach Games f’Heraklion fil-Greċja, minn Mark Schembri.
Schembri se jkun qiegħed jikkompeti fil-Rowing Beach Sprint. Hu se jkun akkumpanjat mill-Prof. Joseph Grima bħala kowċ u mill-fiżjoterapista Milos Stanisavljevic.
Il-kontinġent se jkun immexxi minn Chef de Mission u membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Kumitat Olimpiku Malti, Dr Lucienne Attard. Il-kompetizzjonijiet Rowing Beach Sprint se jsiru fil-bajja taċ-Ċentru Sportiv Karteros Beach, li huwa l-post ewlieni tal-logħob .
Mark Schembri jibda l-kompetizzjoni tiegħu fl-10 ta’ Settembru u jkompli kuljum sat-12 ta’ Settembru.
Il-Mediterranean Beach Games f’ Heraklion Kreta fil-Greċja se jsiru bejn id-9 u s-16 ta’ Settembru 2023. Malta kkompetiet f’żewġ edizzjonijiet preċedenti ta’ dan il-logħob,, f’Patras, il-Greċja (2019) u Pescara, l-Italja (2015).
Schembri se jkun qiegħed jirrapreżenta l-bandiera Maltija fiċ-ċerimonja tal-ftuħ fid-9 ta’ Settemrbu fiċ-Ċentru Sportiv tal-Bajja ta’ Karteros.
//= $special ?>