L-ex kowċ tat-tim Nazzjonali Malti Ray ‘Żażu’ Farrugia kellu merbħa mill-isbaħ fl-Awstralja hekk kif żar lil-ex tim tiegħu Melita Eagles FC f’Sydney wara 22 sena.
Ir-rabta ta’ Melita Eagles hija waħda unika fil-karriera ta’ Ray Farrugia. Wara li bejn l-1974-78 kellu staġuni mill-aqwa ma’ Floriana, fl-1978 Farrugia ddeċieda li jibda avventura ġdida fl-Awstralja.
Huwa ngħaqad ma’ Melita Eagles f’Sydney, fejn Farrugia lagħab xejn anqas minn 318-il partita li fihom skorja 123 gowl.
Il-karriera taż-‘Żażu’ fl-Awstralja damet sal-1990 sal-mument meta Melita Eagles għall-ewwel darba fl-istorja tal-klabb kienu għamlu partita testimonjali għal Ray ‘Żażu’ Farrugia.
Ir-ritorn ta’ Farrugia fl-Awstralja wara 22 sena kien milqugħ b’entużjażmu kbira mill-Maltin tal-Awstralja.
Farrugia kien milqugħ fl-ajruport internazzjonali ta’ Sydney mill-President u Segretarju ta’ Melita Eagles Mark Tanti u Anthony Theuma, flimkien mal-membru Stephen Micallef u l-ex plejer tal-klabb Don Allen.
//= $special ?>