Sport Sport Ieħor

Open tal-Istati Uniti: Alcaraz fil-kawrti finali wara rebħa fuq Arnaldi

(Ritratt: EPA)

Ir-rebbieħ ta’ Wimbledon Carlos Alcaraz għeleb l-isfida tiegħu kontra Matteo Arnaldi fir-raba’ rawnd tal-Open tal-Istati Uniti sabiex ikkwalifika għall-kwarti finali.

Alcaraz rebaħ bl-iskor finali ta’ 6-3, 6-3, 6-4. Is-seed numru wieħed issa se jaffronta lir-rebbieħ mill-konfront bejn Jannik Sinner u Alexander Zverev.

F’partita oħra, Andrey Rublev kellu konfront iebes kontra t-tennist ta’ 21 sena Jack Draper, hekk kif l-atleta Russu ħareġ rebbieħ bl-iskor finali ta’ 6-3, 3-6, 6-3, 6-4.

Prestazzjoni tajba minn Draper hekk kif irritorna minn injury serja.  Il-plejer Brittaniku wasal sar-raba’ rawnd ta’ Grand Slam għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu.

Rublev issa se jaffronta lir-rebbieħ mill-konfront bejn Daniil Medvedev u Alex De Minaur.

Medvedev huwa fis-seed numru 3, filwaqt lil de Minuar huwa fis-seed numru 13.

Borna Goja safa’ megħlub minn Novak Djokavic hekk kif is-Serb avvanza għall-kwarti finali bl-iskor ta’ 6-2, 7-5, 6-4. Djokovic se jaffronta lil-plejer Amerikan Taylor Fritz fil-kwarti finali.