Sport Sport Ieħor

Open tal-Istati Uniti: Daniil Medvedev, Jannik Sinner u Andrey Rublev jagħmluha għar-raba’ round

(Ritratt: EPA)

It-tielet seed Daniil Medvedev għamilha għar-raba’ round tal-Open tal-Istati Uniti meta għeleb lil Arġentin Sebastian Baez 6-2, 6-2, 7-6 (8-6).
It-tennist Russu, ta’ 27 sena, se jkun qed jiltaqa’ kontra l-Awstraljan Alex de Minaur fil-fażi tal-aħħar sittax wara li hu għeleb lil Nicolas Jarry 6-1, 6- 3, 6-2.

Is-seed numru sitta’ Jannik Sinner għeleb u elimina lil eks rebbieħ tal-Istati Uniti Stan Wawrinka bi skor ta’ 6-3, 2-6, 6-4, 6-2.Sinner jiltaqa’ kontra Alexander Zverev wara li l- Ġermaniż għeleb lil Bulgaru Grigo Dimitrov 6-7 (2-7), 7-6 (8-6), 6-1, 6-1.

Is-seed numru tmienja, ir-Russu Andrey Rublev ukoll għamilha mal-aħħar sittax b’rebħa fuq il-Franċiż Arthur Rinderknech 3-6 6-3 6-1 7-5, fejn issa se jkun qed jiltaqa’ kontra l-Brittaniku Jack Draper, li wasal sar-raba’ round ta’ Grand Slam għall-ewwel darba fil-karriera wara li għeleb lil Michael Mmoh.

Ir-rebħiet ta’ Sinner u s-seed numru wieħed Carlos Alcaraz ifisser li ż-żewġ tennisti jistgħu jiltaqgħu kontra xulxin fil-kwarti finali għat-tieni darba nfila, wara l-kwarti finali tassena l-oħra li hija l-aktar partita li damet għaddeja fl-istorja tal-Open tal-Istati Uniti.