Lokali

Spiċċaw maqbuda f’Ġinevra għal aktar minn 36 siegħa

Numru ta’ Maltin spiccaw maqbuda f’Ġinevra għal aktar minn 36 siegħa. Dan wara li ajruplan tal-Air Malta li telaq minn Ġinevra fi triqtu  lejn pajjiżna bit-titjira KM483, kellu jagħmel inżul ta’ emerġenza lura fl-ajruport ta’ Ġinevra wara problemi tekniċi li esperjenza fl-ajru.

Il-passiġġieri kellhom jaslu lura Malta għall-ħabta tad-8:50 tas-Sibt filgħaxija iżda minħabba din il-problema, huma baqgħu maqbudin f’Ġinevra.

Issa, ma’ Net News, l-AirMalta kkonfermat li l-passiġġieri kollha li xorta xtaqu jivvjaġġaw se jkunu għamlu dan, bl-aħħar passiġġieri li fadal se jivvjaġġaw fuq it-titjira KM483 it-Tlieta 5 ta’ Settembru minn Ġinevra għal Malta.

Matul il-Ħadd u t-Tnejn, xi passiġġieri setgħu jivjaġġaw mill-ġdid bl-użu ta’ servizzi ta’ linji tal-ajru oħrajn, filwaqt li xi wħud għażlu rifużjoni u ma xtaqux  jivvjaġġaw. Għal dawk il-passiġġieri li ġew re-routed fuq linji tal-ajru oħra jew li se jkunu qed jivvjaġġaw fuq it-titjira diretta minn Ġinevra għal Malta it-Tlieta, ġiet ipprovduta akkomodazzjoni f’lukanda f’Ġinevra.

L-Air Malta għal darb’oħra skużat ruħha għal din is-sitwazzjoni u qalet li sfortunatament ma kien hemm ebda ajruplani disponibbli.

Aktar kmieni: